It-28 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mit-Tieni Ktieb tas-Slaten (5:14-17)
F’dak iż-żmien, Nagħman, il-kmandant tal-eżerċtu tas-Sultan ta’ Aram, niżel fil-Ġordan, u għodos seba’ darbiet, bħalma qallu Eliżew, il-bniedem ta’ Alla, u ġismu raġa’ sarlu qisu l-ġisem ta’ tfajjel żagħżugħ, u ndaf mil-lebbra tiegħu.
U raġa’ lura għand Eliżew, il-bniedem ta’ Alla, hu u kull min kellu miegħu; daħal, waqaf quddiemu u qallu: «Ara, issa naf, iva, li ma hemmx Alla ieħor fid-dinja kollha, ħlief f’Israel. Ilqa’, nitolbok, dan ir-rigal mingħand il-qaddej tiegħek.» U qallu Eliżew: «Daqs kemm hu ħaj il-Mulej li lilu naqdi, jien ma nieħu xejn.» U ma ħadhulux, għad li l-ieħor issikkah ħafna.
Għalhekk Nagħman qallu: «La ma tridx, nitolbok li tingħata lill-qaddej tiegħek tagħbija ta’ żewġ bgħula ħamrija; għax il-qaddej tiegħek mhuwiex se jagħmel iżjed sagrifiċċji tal-ħruq u offerti lil allat oħra, jekk mhux lill-Mulej.»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-salterju
■ It-Tnejn 13 ta’ Ottubru: Ferja / Beata Alessandrina Maria da Costa , verġni (T) Qari: Rumani 1:1-7; Salm 97:1-4; Luqa 11:29-32.
■ It-Tlieta 14 ta’ Ottubru: Ferja / San Kallistu, papa u martri (T). Qari: Rumani 1:16-25; Salm 18:2-5; Luqa 11:37-41.
■ L-Erbgħa 15 ta’ Ottubru: Santa Tereża ta’ Ġesù, verġni u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Rumani 2:1-11; Salm 61:2-3.6-7.9; Luqa 11:42-46.
■ Il-Ħamis 16 ta’ Ottubru: Ferja / Santa Edwiġe, reliġjuża (T) / Santa Margerita Marija Alacoque, verġni (T). Qari: Rumani 3:21-30; Salm 129:1-4.6; Luqa 11:47-54.
■ Il-Ġimgħa 17 ta’ Ottubru: San Injazju ta’ Antjokja, isqof u martri (TO). Qari: Rumani 4:1-8; Salm 31:1-2.5-.11; Luqa 12:1-7.
■ Is-Sibt 18 ta’ Ottubru: San Luqa, evanġelista (F). Qari: 2 Timotju 4:10-17; Salm 144:10-13.17-18; Luqa 10:1-9.
F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.