It-28 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-28 Ħadd matul is-sena Ċ
IRRODDU ĦAJR LIL ALLA

Ma nafx kemm minna jafu li l-kelma “Ewkaristija”, imnissla mill-Grieg, tfisser radd ta’ ħajr. Kull quddiesa, li hi Ewkaristija, hija radd ta’ ħajr lil Alla. U l-aqwa radd ta’ ħajr hu meta nirċievu lil Ġesù li jsir l-ikel tagħna biex ibiddilna fih, u mibdulin fih irroddu ħajr lill-Missier tal-ġid kollu li tana. Kulma għandna tajjeb hu għotja tiegħu. Il-Vanġelu tal-lum jurina x’qawwa għandu r-radd ta’ ħajr u kemm il-Mulej japprezzah. L-għaxart irġiel morda bil-ġdiem kellhom fidi qawwija f’Ġesù. Kif rawh qalulu: “Ġesù, mgħallem, ikollok ħniena minna!” Malli ra l-fidi tagħhom, Ġesù fejjaqhom: “Morru uru ruħkom lill-qassisin.” Dak iż-żmien kienu l-qassisin li jagħtu l-garanzija li wieħed ikun fieq minn dik il-marda kiefra, u dan kien rari ħafna. Iżda mbagħad x’ġara? Ħadd mill-għaxra ma dar biex iroddlu ħajr ħlief wieħed li kien Samaritan, għadu tal-Lhud u minnhom meqjus b’barrani. Ħafna darbi jiġri hekk. Aħna li nħossuna ta’ ġewwa, irrabbu l-kunfidenza u ma nagħtux kas; wieħed li jħossu barrani joqgħod attent ma jmurx jonqos mir-rispett. Imma hawn tinsab il-fidi vera, u hu dan tal-aħħar li jaqla’ l-fejqan sħiħ: “Qum, mur; il-fidi tiegħek salvatek.”
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content