It-28 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-28 Ħadd matul is-sena Ċ
NAGĦMLU PARTI MILL-FAMILJA TA' ALLA
 
Il-Vanġelu tal-lum jgħidilna li għaxar imġiddmin sabu l-fejqan. Fis-sewwa, wieħed minnhom biss kien imfejjaq tabilħaqq minn ġewwa. Il-ġdiem veru li jdallam is-sensi hu l-ingratitudni. Hu ġdiem taħseb li kollox jingħata f’jedd, li kollox skuntat. Min mhuwiex grat jitlef il-gost tal-grazzji ta’ ħajtu. Meta l-ingrat jieqaf biss fuqu nnifsu, jitwarrab, kif kien jiġri lill-imġiddmin tal-imgħoddi. Filwaqt li dawk kienu jkunu kkundannati għat-twarrib, l-ingrat iwarrab lilu nnifsu għax jiċċaħħad mill-isbaħ esperjenza, dik li jintebaħ li rċieva, aktar minn oġġetti, il-ħarsa attenta ta’ ħaddieħor, il-ħarsa maħbuba tal-Ieħor. L-aħħar ħaġa: Ġesù jsejjaħ lis-Samaritan “barrani”. Dan jagħmlu bi spirtu razzista jew bi tmaqdir? Xejn minn dan: jagħmlu biex juri l-kuntrast kbir li hemm bejn min iħoss ruħu ta’ ġewwa ma’ Alla u jieħu kollox for granted u min jifhem li bi grazzja jagħmel parti mill-familja ta’ Alla u dan jgħixu bi gratitudni mill-qalb.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content