IT-28 ĦADD TA’ MATUL IS-SENA B
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-Ewwel Qari
Qari mill-Ktieb tal-Għerf (7:7-11)
Jien tlabt u qlajt l-għaqal; sejjaħt, u ġie fuqi l-ispirtu tal-għerf. Dan l-għerf qistu aqwa minn kull xettru u tron, u ntbaħt li l-għana mhu xejn ħdejh. Ma xebbahtx miegħu l-ħaġra l-aktar prezzjuża, għax id-deheb kollu ħdejh mhuwiex ħlief ftit ramel, u l-fidda quddiemu qisha ftit tajn.
Aktar mis-saħħa u s-sbuħija ħabbejtu, u għoġobni aktar mid-dawl; għax id-dija tiegħu ma tgħib qatt. Mal-għerf ġieni l-ġid kollu, u miegħu ġiebli għana bla qjies.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 14 ta’ Ottubru: Ferja / San Kallistu, papa u martri (T). Qari: Galatin 4:22-24.26-27.31 – 5:1; Salm 112:1-7; Luqa 11:29-32.
■ It-Tlieta 15 ta’ Ottubru: Santa Tereża ta’ Ġesù, verġni u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Galatin 5:1-6; Salm 118:41.43-45.47-48; Luqa 11:37-41.
■ L-Erbgħa 16 ta’ Ottubru: Ferja / Santa Edwiġe, reliġjuża (T) / Santa Margerita Marija Alacoque, verġni (T). Qari: Galatin 5:18-25; Salm 1:1-4.6; Luqa 11:42-46.
■ Il-Ħamis 17 ta’ Ottubru: San Injazju ta’ Antjokja, isqof u martri (TO). Qari: Efesin 1:1-10; Salm 97:1-6; Luqa 11:47-54.
■ Il-Ġimgħa 18 ta’ Ottubru: San Luqa, evanġelista (F). Qari: 2 Timotju 4:10-17; Salm 144:10-13.17-18; Luqa 10:1-9.
■ Is-Sibt 19 ta’ Ottubru: Ferja / L-Imqaddsa Marija Verġni f’jum is-Sibt (T) / San Ġwann de Brébeuf u San Iżakk Jogues, presbiteri u sħabhom, martri (T) / San Pawl tas-Salib, presbiteru (T). Qari: Efesin 1:15-23; Salm 8:2-7; Luqa 12:8-12.
F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T= Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.