It-28 Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-28 Ħadd matul is-sena B

ID IEBSA U QALB SEWDA TAL-GĦANI

«Ħaġa waħda tonqsok: mur bigħ li għandek, agħtih lill-fqar, u jkollok teżor fis-sema; imbagħad ejja u imxi warajja.» Lill-għani tal-Vanġelu Ġesù jagħmillu appell li fih isib lilu nnifsu biss min ikun tilef lilu nnifsu f’għajnejn il-Maħbub. Qabel ma sejjaħlu, infatti, Ġesù mhux biss ħares lejh, iżda tefa’ fuqu ħarsa ta’ mħabba – anzi, biex inknu aktar preċiżi, il-Grieg jgħid: «ħarislu ġewwa» – u ħabbu. Hemm bosta modi kif twieġeb għall-Imħabba li tingħatalek: «Agħtu kollox u ibqgħu ma’ Alla biss – jikteb San Girgor Nazjanzenu. – Jekk ma tridux tagħtu kollox, agħtu l-parti l-kbira. Jekk ma tridu tagħtu lanqas dan, agħtu dak li hu żejjed.» Iżda hemm ħaġa ċerta: jekk ma nagħtix dak kollu li għandi lill-Maħbub, ma nibqax bl-għana, iżda bil-faqar imġewwaħ ta’ qalb li ma ħaddnitx l-Imħabba Assoluta li għaliha nħalaq. L-alternattiva għall-qalb mogħtija hija l-ħarsa mnikkta. Jalla dix-xena tkun twissija għalina: «Imma għal dan il-kliem ir-raġel qarras wiċċu u telaq b’qalbu sewda, għaliex kellu bosta ġid.»
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content