Go to content

It-28 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-28 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (25:6-10a)

Jagħmel il-Mulej tal-eżerċti għall-popli kollha fuq din il-muntanja, mejda b’ikel fin, mejda bi nbejjed ħelwa, b’laħam imsemmen bil-mudullun, u nbejjed fini.
U jċarrat minn fuq din il-muntanja l-velu li kien jgħatti wiċċ il-popli kollha, għata li kien jaħbi kollha kemm huma l-ġnus.
Jeqred il-mewt għal dejjem, jixxotta Sidi l-Mulej id-dmugħ minn fuq kull wiċċ, u jħassar l-għajb tal-poplu tiegħu minn wiċċ l-art kollha: għax il-Mulej tkellem.
U dakinhar jgħidu: «Dan hu Alla tagħna: fih ittamajna li jsalvana; dan hu l-Mulej li fih ittamajna: nifirħu u nithennew bis-salvazzjoni tiegħu. Għax id il-Mulej tinżel fuq din il-muntanja.»
Il-Kelma tal-Mulej.     Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 12 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Galatin 4:22-24.26-27.31,5:1; Salm 112:1-7; Luqa 11:29-32.
■ It-Tlieta 13 ta’ Ottubru: Ferja. Qari: Galatin 5:1-6; Salm 118:41.43-45.47-48; Luqa 11:37-41.
■ L-Erbgħa 14 ta’ Ottubru: Ferja / San Kallistu, papa u martri (T). Qari: Galatin 5:18-25; Salm 1:1-4.6; Luqa 11:42-46.
■ Il-Ħamis 15 ta’ Ottubru: Santa Tereza ta’ Ġesù, verġni u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Efesin 1:1-10; Salm 97:1-6; Luqa 11:47-54.
■ Il-Ġimgħa 16 ta’ Ottubru: Ferja / Santa Edwiġe, reliġjuża (T) / Santa Margerita Marija Alacoque, verġni (T). Qari: Efesin 1:11-14; Salm 32:1-2.4-5.12-13; Luqa 12:1-7.
■ Is-Sibt 17 ta’ Ottubru: San Injazju ta’ Antjokja, isqof u martri (TO). Qari: Efesin 1:15-23; Salm 8:2-7; Luqa 12:8-12.

T = Tifkira; TO = Tifkira Obbligatorja.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content