It-23 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekje (33:7-9)
Dan jgħid il-Mulej: «Lilek, o bniedem, qegħedtek għassies ta’ dar Israel. Meta tisma’ minn fommi xi kelma, għandek twiddibhom f’ismi.
Jekk jien ngħid lill-midneb: “Int tmut żgur,” u int ma tkellmux u ma twiddbux biex jitlaq triqtu, hu, il-midneb, imut fi ħżunitu, imma demmu nfittxu minn idejk.
Imma jekk inti twiddeb il-midneb dwar triqtu biex jerġa’ lura minnha u ma jerġax, hu jmut fi dnubu, imma int tkun salvajt ħajtek.»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 7 ta’ Settembru. Ferja. Qari: 1 Korintin 5:1-8; Salm 5:5-7.12; Luqa 6:6-11.
■ It-Tlieta 8 ta’ Settembru: It-Twelid tal-Imqaddsa Verġni Marija (S). Qari: Mikea 5:1-4; Salm 12; Rumani 8:28-30; Mattew 1:1-14.18-23.
■ L-Erbgħa 9 ta’ Settembru: Ferja / San Pietru Claver, presbiteru (T). Qari: 1 Korintin 7:25-31; Salm 44:11-12.14-17; Luqa 6:20-26.
■ Il-Ħamis 10 ta’ Settembru: Ferja. Qari: 1 Korintin 8:1b-7.11-13; Salm 138:1-3.13-14ab.23-24. Luqa 6:27-38.
■ Il-Ġimgħa 11 ta’ Settembru: Ferja. Qari: 1 Korintin 9:16-19.22b-27; Salm 83:3-6.12; Luqa 6:39-42.
■ Is-Sibt 12 ta’ Settembru: Ferja / L-isem tal-Imqaddsa Verġni Marija (T). Qari: 1 Korintin 10:14-22; Salm 115:12-13.17-18; Luqa 6:43-49.
S = Solennità; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.