It-23 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-23 Ħadd matul is-sena A
IL-KORREZZJONI BEJN L-AĦWA
Fr Edmund Teuma

Ġesù llum ikellimna fuq ħaġa li żgur mhijiex moda. Illum il-bniedem tant hu minfuħ bih innifsu u tant jaħseb li ħadd ma jista’ għalih li ma jaċċetta ebda għamla ta’ korrezzjoni anki dik magħmula bl-aktar mod prudenti u edukat. Band’oħra, meta staqsewh, Ġesù wieġeb li t-tieni l-akbar kmandament hu: “Ħobb lil għajrek bħalek innifsek.” Dan fost l-oħrajn ifisser li jien bħala Nisrani għandi ninkwieta meta nara li ħija fi Kristu jkun qabad triq ħażina, u għalhekk, jekk tabilħaqq inħobbu, nidħol fid-dmir li nwiddbu u ngħinu jerġa’ jidħol fit-triq id-dritta. Il-frażi “kulma torbtu fuq l-art ikun marbut fis-sema...” ġġegħelna naħsbu li dan il-kliem Ġesù qalu lit-Tnax, li lilhom u lis-suċċessuri tagħhom tahom is-setgħa li jorbtu u jħollu. B’danakollu anki n-Nisrani għandu d-dmir li bl-imħabba jwiddeb lil min jiżbalja. Jekk dan ma nkunux nistgħu nagħmluh bil-kliem, nagħmluh bit-talb għall-midinbin. Dan hu obbligu tagħna. Tant hu hekk li s-silta malajr iddawwar il-kliem fuq it-talb u sserrħilna rasna bi kliem l-Imgħallem li jgħid li t-talb li jsir f’ismu, il-Missier jilqgħu, għax “fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi hemm inkun jien f’nofshom.”

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content