It-23 Ħadd matul is-sena - Sena A
L-ISTEDINA TAL-MULEJ
Ejjew inkunu realisti! Ma jistax ikun li nkunu ħbieb u aħwa ta’ kulħadd. Dan tgħallimhulna l-ħajja. Ċerti rabtiet jintemmu b’mewta naturali. Oħrajn jintemmu b’aljenazzjoni. Oħrajn jintemmu għax il-ħajja ġġegħelna nitilfu bosta toroq differenti. U oħrajn jintemmu wkoll hekk, mingħajr raġuni uffiċjali. Xi rabiet ikollna ntemmuhom għax ikunu ħżiena jew ikunu sa jibdew jitħassru. Mela kif sa nifhmu li dal-Vanġelu huwa l-magna charta tar-realiżmu? Fi kliem sempliċi, dal-Vanġelu jistedinna nippruvaw is-soluzzjonijiet li jkollna f’idejna. Kultant saħansitra jkollna nippruvawhom kollha (qed ngħid “kultant” għax xi minn daqqiet nippruvaw insewwu u ma nagħmlu xejn ħlief inkabbru t-tiċrita). Jeħtieġ nitolbu biex ikollna għarfien li bih nagħmlu l-għażliet fil-qagħda li nkunu fiha… iżda hemm ħaġa waħda ċerta: inneħħu l-mibegħda u ma nibqgħux inżommu f’qalbna. «Kemm għalik kif ukoll għall-pagan u l-pubblikan» m’hemmx permess għall-mibegħda! Hija l-istedina biex nagħrfu d-distanza, il-bogħod tal-qlub, it-tiċrit li jinġemgħu fil-ħajja, iżda wkoll biex niftakru li l-Mulej stedinna nħobbu u nitolbu għall-«għedewwa». Illum itlob għal dawk in-nies li għadhom ħajjin fil-fakar tal-qalb, anki jekk jinsabu ’l bogħod mill-għajnejn.