It-22 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak (3:17-20.28-29)
Ibni, kun ġwejjed fix-xogħol li tagħmel, u tkun maħbub aktar minn wieħed milqugħ min-nies. Akbar m’int, aktar għandek iċċekken ruħek, u ssib grazzja quddiem il-Mulej.
Ħafna huma l-imkabbrin u l-imsebbħin, imma l-Mulej jikxef lill-umli l-misteri tiegħu. Għax kbira hi s-setgħa tal-Mulej, imma hu msebbaħ min-nies umli.
M'hemmx duwa għall-bniedem kollu kburija, għax din ħaxixa ħażina b’għeruqha mxenxla fih. Min għandu l-għerf jifhem il-proverbji u l-għaref ħerqan li jkollu min jisimgħu.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-salterju
■ It-Tnejn 1 ta’ Settembru: Ferja. Qari: 1 Tessalonkin 4:13-18; Salm 95:1.3-5.11-13; Luqa 4:16-30.
■ It-Tlieta 2 ta’ Settembru: Ferja. Qari: 1 Tessalonkin 5:1-6.9-11; Salm 26:1.4.13-14; Luqa 4:31-37.
■ L-Erbgħa 3 ta’ Settembru: San Girgor il-Kbir, papa u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Kolossin 1:1-8; Salm 51:10.11; Luqa 4:38-44.
■ Il-Ħamis 4 ta’ Settembru: Ferja. Qari: Kolossin 1:9-14; Salm 97:2-6; Luqa 5:1-11.
■ Il-Ġimgħa 5 ta’ Settembru: Ferja / Santa Tereża ta’ Calcutta, verġni (T). Qari: Kolossin 1:15-20; Salm 99:2-5; Luqa 5:33-39.
■ Is-Sibt 6 ta’ Settembru: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Kolossin 1:21-33; Salm 53:3-4.6.8; Luqa 6:1-5.
TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.