IT-22 ĦADD TA’ MATUL IS-SENA B
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-Ewwel Qari
Qari mill-Ktieb tad-Dewteronomju (4:1-2.6-8)
Mosè kellem lill-poplu u qal: «U issa, Israel, agħti widen għal-liġijiet u l-ordnijiet li qiegħed ngħallimkom tagħmlu, biex tgħixu, u tidħlu tieħdu l-art li sa jagħtikom il-Mulej, Alla ta’ missirijietkom. La żżidu xejn ma’ dak li qiegħed nordnalkom u lanqas tnaqqsu minnu; qisu li tħarsu l-liġijiet tal-Mulej, Alla tagħkom, bħalma qiegħed nagħtihomlkom jien.
Ħarsuhom u agħmluhom, għax hekk tidhru għorrief u għaqlin f’għajnejn il-ġnus li kif jisimgħu b’dawn il-liġijiet kollha, jgħidu: “Mhemmx poplu ieħor għaref u għaqli għajr dan il-ġens kbir.”
Għax liema ġens hu hekk kbir li għandu l-allat hekk qrib tiegħu daqs kemm hu qrib tagħna l-Mulej, Alla tagħna, kull xħin insejħulu? Jew liema ġens hu hekk kbir li għandu liġijiet u ordnijiet hekk sewwa daqs dak kollu li fiha din il-liġi li qiegħed noffrilkom illum jien?»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
- TEST -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 2 ta’ Settembru: Ferja. Qari: 1 Korintin 2:1-5; Salm 118:97-102; Luqa 4:16-30.
■ It-Tlieta 3 ta’ Settembru: San Girgor il-Kbir, papa u duttur tal-Knisja (TO). Qari: 1 Korintin 2:10-16; Salm 144:8-14; Luqa 4:31-37.
■ L-Erbgħa 4 ta’ Settembru: Ferja. Qari: 1 Korintin 3:1-9; Salm 32:12-15.20-21; Luqa 4:38-44.
■ Il-Ħamis 5 ta’ Settembru: Ferja / Santa Tereża ta’ Calcutta, verġni (T). Qari: 1 Korintin 3:18-23; Salm 23:1-6; Luqa 5:1-11.
■ Il-Ġimgħa 6 ta’ Settembru: Ferja. Qari: 1 Korintin 4:1-5; Salm 36:3-6.27-28.39-40; Luqa 5:33-39.
■ Is-Sibt 7 ta’ Settembru: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’jum is-Sibt (T). Qari: 1 Korintin 4:6-15; Salm 144:17-21; Luqa 6:1-5.
TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.