It-22 Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-22 Ħadd matul is-sena B

ĠESÙ JURINA T-TRIQ TAL-PRIJORITÀ
«Ħalliel daħal fid-dar ta’ raġel tajjeb iżda, għad li fittex sewwa, ma sab xejn u tnikket. Ir-raġel tajjeb sar jaf u tefa’ fit-triq tal-ħalliel il-branda li kien jorqod fuqha biex ma jħossux deluż.» Dan hu l-kliem ta’ mistiku Musulman għaref li għex aktar minn mitt sena fis-seklu 13, u dal-kliem inħossu qrib ħafna tat-tagħlim li joħroġ mill-Vanġelu tal-lum. Ħafna drabi nqiegħdu l-attenzjoni tagħna fuq ħwejjeġ li ma jħalluniex ngħixu tajjeb. Dak kollu li jkun tajjeb li nagħmluh mhux dejjem ikun l-aħjar ħaġa għalina u għalhekk irridu nagħżlu, nisimgħu sewwa dak li għandna f’qalbna biex nifhmu fejn inkunu sejrin, kif inkunu qed ngħixu. Biex ma nitfixklux jeħtieġ ngħassu fuq it-toroq ta’ qalbna. Għax mhuwiex dak li hemm barra l-bniedem li jista’ jagħmillu l-ħsara, iżda dak li hemm fih. Ġesù jurina t-triq tal-prijorità: il-kura tal-persuna, il-ħtieġa li ngħaddu minn barra għal ġewwa biex ma nintilfux. Huwa jneħħi kull għamla ta’ preġudizzju dwar is-safi u l-imniġġes, jistqarr is-safa ta’ kull realtà ħajja u jitlobna ngħaddu mill-formaliżmu għall-qalb.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content