It-22 Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-22 Ħadd matul is-sena B

ĠESÙ U L-FARIŻEJ

«Dan għala d-dixxipli tiegħek ma jġibux ruħhom skont it-tradizzjoni ta’ missirijiethom?» Hekk staqsewh il-Fariżej lil Ġesù, huma u jistagħġbu bil-libertà li l-Imgħallem kien jagħti lid-dixxipli tiegħu, libertà mhux mil-Liġi ta’ Alla, iżda mill-istrutturi u d-drawwiet imposti mit-tradizzjoni. Ġesù jħawwad lill-Fariżej tal-bieraħ u tal-lum għax il-fidi ma jġibhiex tilqita ta’ drawwiet li jsiru minn barra. Ir-riduzzjoni tar-reliġjon f’ritwalità hija l-aqwa kalmanti. Imxi mar-rit, mad-drawwiet, u tħoss li kollox sew, tant sew li ssir iffossilizzat, mejjet minn ġewwa bla ma tkun taf, u ma tagħtix kas tal-għan veru tal-mixja tal-fidi li hi l-indiema bla waqfien u l-bidla fix-xbieha ta’ Kristu. It-twemmin mhuwiex taħsel idejk, iżda l-qalb; mhuwiex ħarsien ta’ riti minn barra, iżda l-ħarsien tal-qalb li hi l-bieb tas-Saltna. Għat-tjieba Kattolika tas-sekli l-imgħoddija kien għażiż versett tal-Ktieb tal-Proverbji u kienu jqegħduh fuq fomm il-Mulej: «Fili, da mihi cor tuum». «Ibni, agħtini qalbek [libbeka]» (Prov 23: 26). Ejjew nagħtu qalbna kollha lil Alla l-ħaj, dan hu l-ewwel kmandament tal-ħajja.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content