It-22 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġeremija (20: 7-9)
Qarraqtni Mulej, u jien tqarraqt: kont aqwa minni, u għelibtni. Jien sirt id-daħka ta’ kuljum, kulħadd jiddieħak bija. Kull meta niġi nitkellem, jien ngħajjat, u nxandar, «Moħqrija u ħsara!» Il-kelma tal-Mulej saret għalija tagħjir u tmaqdir kuljum. U jien għidt: «Ma nsemmihx aktar, ma nitkellimx aktar f’ismu.» Iżda f’qalbi hemm bħal nar jaqbad, magħluq f’għadmi. Għejejt inżommu magħluq ġo fija, ma niflaħx aktar għalih.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-salterju
■ It-Tnejn 31 ta’ Awwissu: Ferja. Qari: 1 Korintin 2:1-5; Salm 118:97-102; Luqa 4:16-30.
■ It-Tlieta 1 ta’ Settembru: Ferja. Qari: 1 Korintin 2:10b-16; Salm 144:8-14; Luqa 4:31-37.
■ L-Erbgħa 2 ta’ Settembru: Ferja. Qari: 1 Korintin 3:1-9; Salm 32:12-15.20-21; Luqa 4:38-44.
■ Il-Ħamis 3 ta’ Settembru: San Girgor il-Kbir, papa u duttur tal-Knisja (TO). Qari: 1 Korintin 3:18-23; Salm 23:1-4ab.5-6; Luqa 5:1-11.
■ Il-Ġimgħa 4 ta’ Settembru: Ferja. Qari: 1 Korintin 4:1-5; Salm 36:3-6.27-28.39-40; Luqa 5:33-39.
■ Is-Sibt 5 ta’ Settembru: Ferja / Santa Tereża ta’ Kalkutta / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: 1 Korintin 4: 6b-15; Salm 144:17-21; Luqa 6:1-5.
TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.