It-22 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-22 Ħadd matul is-sena - Sena A
ĠESÙ U L-PROĠETTI TIEGĦU

Issa li Pietru għarfu bħala Messija,Ġesù jgħid lil kulħadd xi jfisser għalih li jkun “messija”. Ġesù jgħid li jinsab lest li jibqa’ sejjer sal-aħħar fil-għażla tiegħu, jinsab lest li jmut aktar milli jiċħad il-wiċċ tiegħu ta’ Alla.

Ġesù jinsisti, issa, idur fuq kulħadd, fuqna. Trid tkun dixxiplu tiegħi? Iċħad lilek innifsek. Jiġifieri tqigħedx lilek innifsek f’nofs l-univers, toqgħodx tidher kullimkien bilfors, tagħmilx bħal dawk li fid-dinja jwarrbu lill-oħrajn bid-daqqiet tal-minkeb biex jidhru huma. Int uniku, int għażiż, int kapolavur, għax trid tissielet biex dan turih lill-oħrajn? Tqigħedx dejjem lilek innifsek fiċ-ċentru, qiegħed il-ħolma ta’ Alla fiċ-ċentru, bil-libertà, ta’ adult, ta’ bniedem ġdid. Erfa’ salibek. Jiġifieri tibżax tħobb sa ma tweġġa’, tħobb sa ma tintilef. B’xorti ħażina devozzjoni ta’ kaf kaf spiċċat biex tqalleb ta’ taħt fuq is-simboloġija tas-salib, li twieldet bħala qjies tal-imħabba ta’ Alla, iżda saret is-sinjal tat-tbatija. Alla ma jħobbux in-niket, ejjew inkunu ċari, lanqas ma jitolbu iżda xi drabi, tħobb ifisser ukoll iġġerragħ u tbati. Imxi warajja. Aqsam ma’ Ġesù l-għażla tiegħu, is-sinjal tiegħu, il-proġett tiegħu. Alla hu preżenti u juri ruħu lilna, jagħti direzzjoni lill-għażliet tagħna bid-dehen u l-ekwilibriju, aħna u nisimgħu Kelmtu, u nħallu l-leħen ġewwieni tiegħu jagħġinna. Ejjew inkunu dixxipli dejjem, infittxuh dejjem, qatt ma naħsbu li wasalna tabilħaqq.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content