It-22 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-22 Ħadd matul is-sena - Sena A
IĊ-ĊANFIRA TA' PIETRU

Imsejken Pietru. F’medda ta’ ftit versi l-ewwel jitfaħħar bħala l-hieni li lilu l-Missier urieh il-verità ta’ Ġesù, imbagħad jaqla’ ċanfira għax inħass li kien ta’ xkiel u saħanitra jissejjaħ “xitan”. Xi jfisser dan? Minn naħa, hu l-frott tad-dgħufija tal-bniedem li f’qalbu hemm ġlieda bejn Alla u l-għadu, kif jgħid Dostoevskij. Minn naħa oħra, iżda – u din mhijiex ħaġa żgħira li ma tiswa xejn – hemm il-fatt li t-tagħlim ta’ Ġesù wieħed ma jistax iniżżlu kollu. Sal-lum għadhom jogħġbuna xi ideat tal-Mulej li jsaħħulna l-modi ta’ ruħna... iżda s-salib? Is-salib jibqa’ indiġest! Alla dgħajjef li jidħol għat-tbatija u jissoportiha ma jinżlilniex. Inbatu biex naraw kemm qawwa u kemm sodizza hemm fi Kristu li, flok ixejjen lill-ħżiena, jittama fil-bidla tagħhom. U jissogra xejn anqas minn ħajtu, sal-mewt għalihom. Ejjew ngħiduha, jogħġobna nirbħu malajr u quddiem Alla fuq is-salib fl-uġigħ tal-ħlas sikwit toħorġilna l-oġġezzjoni ta’ Pietru... U ma tonqosx għalina ċ-ċanfira li qala’ l-Appostlu: «Itlaq minn quddiemi, ja xitan! Int tfixkil għalija, għax m’intix tqis il-ħwejjeġ ta’ Alla, imma qiegħed taħsibha ta’ bniedem!» Iżda nitfarrġu, għax fil-mixja tiegħu lejn is-salib, hemm is-salvazzjoni għalina wkoll.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content