Go to content

It-2 Ħadd tar-Randan - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-2 Ħadd tar-Randan - Sena B
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi (22:1-2.9a.10-13.15-18)

F’dak iż-żmien, Alla ried iġarrab lil Abraham u qallu: «Abraham!» U hu wieġbu: «Hawn jien!» U qallu: «Aqbad lil ibnek il-waħdieni, li inti tħobb, lil Iżakk; u mur lejn l-art ta’ Morija, u hemm offrih b’sagrifiċċju tal-ħruq fuq waħda mill-għoljiet li jien sa ngħidlek.»
U waslu fil-post li kien semmielu Alla. U Abraham medd idu u qabad is-sikkina biex joqtol lil ibnu. U sejjaħlu l-anġlu tal-Mulej mis-smewwiet u qallu: «Abraham, Abraham!» U dan wieġbu: «Hawn jien.» U qallu: «La tmiddx idek fuq iż-żagħżugħ u tagħmillu ebda ħsara; għax issa naf li inti tibża’ minn Alla, u ma ċaħħadtnix minn ibnek il-waħdieni.»
U Abraham rafa’ għajnejh, ta ħarsa madwaru, u ra muntun warajh maqbud minn qrunu fil-friegħi. U Abraham mar u qabad il-muntun, u offrieh b’sagrifiċċju tal-ħruq minflok ibnu.
U għat-tieni darba l-anġlu tal-Mulej sejjaħ lil Abraham mis-smewwiet u qallu: «Naħlef fuq ruħi - oraklu tal-Mulej - la darba int għamilt ħaġa bħal din, u ma ċaħħadtnix minn ibnek il-waħdieni, jien imbierkek żgur u nkattarlek sewwa lil nislek bħall-kwiekeb tas-sema u bħar-ramel f’xatt il-baħar; u nislek għad jiret bwieb l-għedewwa tiegħu. U jitbierku b’nislek il-ġnus kollha tal-art talli smajt minn kelmti.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 26 ta’ Frar: Ferja tar-Randan. Qari: Danjel 9:4b-10; Salm 78:8-9.11.13; Luqa 6:36-38.
It-Tlieta 27 ta’ Frar: Ferja tar-Randan / San Girgor ta’ Narek, abbati u duttur tal-Knisja (TL). Qari: Isaija 1:10.16-20; Salm 49:8-9.16-17.21.23; Mattew 23:1-12.
L-Erbgħa 28 ta’ Frar: Ferja tar-Randan. Qari: Ġeremija 18:18-20; Salm 30:5-6.14-16; Mattew 20:17-28.
Il-Ħamis 29 ta’ Frar: Ferja tar-Randan. Qari: Ġeremija 17:5-10; Salm 1:1-4. 6; Luqa 16:19-31.
Il-Ġimgħa 1 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Ġenesi 37:3-4.12-13.17-28; Salm 104:16-21; Mattew 21:33-43.45-46.
Is-Sibt 2 ta’ Marzu: Ferja tar-Randan. Qari: Mikea 7:14-15.18-20; Salm 102:1-4.9-12; Luqa 15:1-3.11-32.

F = Festa; TL = Tifkira Limitata.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content