It-2 Ħadd tar-Randan B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-2 Ħadd tar-Randan B
IT-TIFKIRA TAT-TRASFIGURAZZJONI

«Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! Ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè, u waħda għal Elija.» Jiġrilna li ngħaddu minn waqtiet ta’ intimità ħelwa mal-Mulej. Jiġrilna li nkunu nixtiequ ngħaddu ħajjitna f’dawk is-sentimenti u f’dik il-qagħda tar-ruħ. Iżda l-ħajja spiritwali ma timxix bil-loġika tal-emozzjonijiet. Il-Vanġelu ta’ dan il-Ħadd ifakkarna li l-esperjenza tat-trasfigurazzjoni hija waqt ta’ mistrieħ li fih il-Mulej idawwaqna l-eternità qabel ma nidħlu fiha, filwaqt li jistedinna ninżlu mill-għolja u nitħabtu biex nittrasfiguraw l-istorja. It-trasfigurazzjoni hija wkoll tifkira: niftakru li Kristu sfigurat u msallab li miegħu nagħmlu l-ħidma taċ-Ċirinew, huwa l-istess Kristu trasfigurat u glorjuż li jġedded kollox. «Imbagħad ġiet sħaba u għattiethom, u minn ġos-sħaba nstema’ leħen jgħid: “Dan hu Ibni l-għażiż, isimgħu lilu.”» Dan Kristu, sfigurat u trasfigurat, huwa l-Iben l-għażiż tal-Missier, il-Kelma li rridu nisimgħu u nxandru bl-eżistenzi tagħna.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content