It-2 Ħadd tar-Randan B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-2 Ħadd tar-Randan B

"KEMM HU SEW LI AĦNA HAWM!"
«Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! Ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè, u waħda għal Elija.» Iġiblek ħniena Pietru b’din it-taħwida tiegħu u b’dan it-temtim dwar ġrajja li hi wisq akbar minnu. U nixtieq nidħol fl-atmosfera li daħal fiha l-Appostlu biex nirrifletti fuq aspett tar-rabta tagħna ma’ Alla li kien komuni ħafna fost il-Missirijiet tal-Knisja, l-aktar nett fost il-Missirijiet tal-Lvant, u li jissejjaħ – bi kliem daqsxejn tekniku – apofatiżmu. Biex din il-kelma naqilbuha fi kliem aktar familjari, nistgħu ngħidu li l-apofatiżmu huwa l-għarfien li Alla jinsab lil hinn minn kull ħaġa li nistgħu ngħidu aħna dwaru, Alla jiċħad l-affermazzjonijiet tagħna mhux għax igiddibhom, imma għax imur lil hinn minnhom. Nerġgħu għal għandu: nistgħu nitkellmu dwar il-Mulej, nikkummentaw il-Kelma tiegħu, nitkellmu fuqu u miegħu, iżda qatt ma għandna ninsew li fir-relazzjoni miegħu dak li jiswa hu s-smigħ, hu s-skiet li jadura, u d-disponibbiltà tad-dixxupolat. Jibqgħu ta’ siwi kbir għalina l-kelmiet li l-Missier qal lil Pietru u lill-Appostli l-oħra: «Dan hu Ibni l-għażiż, isimgħu lilu.»
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content