Go to content

It-2 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-2 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (62:1-5)

Minħabba f’Sijon ma nehdiex, minħabba f’Ġerusalemm ma niskotx, sa ma tfeġġ bħal dija l-ġustizzja tagħha, tħeġġeġ bħal torċa s-salvazzjoni tagħha.
Il-ġustizzja tiegħek għad jarawha l-ġnus, u s-sebħ tiegħek jarawh is-slaten kollha. B’isem ġdid għad isejħulek, isem li għad jagħżlu fomm il-Mulej. Għad tkun kuruna ta’ ġmiel f’id il-Mulej, u dijadema ta’ sultan f’id Alla tiegħek.
Ma jgħidulekx aktar l-Abbandunata, lanqas lil artek l-Imħarbta. Lilek għad isejħulek Għaxqti Fiha, u lil artek għad jgħidulha Għarusa, għax l-għaxqa tal-Mulej fik, u artek għad titgħarras.
Bħalma għarus jitgħarras xebba, hekk jitgħarrsek il-Bennej tiegħek; u bħalma l-għarus jitgħaxxaq b’għarustu, hekk jitgħaxxaq bik Alla tiegħek.
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari

- AUDIO -
- VIDEO GĦAT-TFAL -
Catholic Kids Media /  Djoċesi ta' Għawdex

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 20 ta’ Jannar: Ferja / San Fabjan, papa u martri (T) / San Sebastjan, martri (T). Qari: Lhud 5:1-10; Salm 109:1.2.3.4; Mark 2:18-22.
It-Tlieta 21 ta’ Jannar: Sant’Anjeże, verġni u martri (TO). Qari: Lhud 6:10-20; Salm 110:1-2.4-5.9 u 10ċ; Mark 2:23-28.
L-Erbgħa 22 ta’ Jannar: San Publiju, Prinċep ta’ Malta (TO). Qari: Atti 28:1-10; Salm 15:1-2.5.7-8.11; Mattew 25:31-40.
Il-Ħamis 23 ta’ Jannar: Ferja. Qari: Lhud 7:25 – 8:6; Salm 39:7-8a.8b-9.10.17; Mark 3:7-12.
Il-Ġimgħa 24 ta’ Jannar: San Franġisk ta’ Sales, isqof u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Lhud 8:6-13; Salm 84:8 u 10.11-12.13-14; Mark 3:13-19.
Is-Sibt 25 ta’ Jannar: Il-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl (F). Qari: Atti 22:3-16 jew Atti 9:1-22; Salm 116:1.2; Mark 16:15-18.

F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content