It-2 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-2 Ħadd matul is-sena - Sena Ċ

ĦAJTI GĦANDHA SITT ĠARAR IMPERFETTI
«Imlew il-ġarar bl-ilma.» F’silta dwar festa ta’ tieġ – mhux biss għax titkellem dwar tieġ, iżda għax tfakkarna b’mod simboliku fit-tieġ tal-Ħaruf – ma setax jonqos il-kunsens ta’ xulxin. Kristu jgħid l-“iva” tiegħu, anki jekk kienet għadha ma waslitx is-siegħa tiegħu, iżda din ma jgħidhiex waħdu. Dak li ħalaq id-dinja mix-xejn seta’ jimla l-ġarar mix-xejn. Dan hu li sikwit nitolbuh lil Alla: jindaħal, iqalleb in-natura, jgħix ħajjitna minflokna, iġib bidla li taqleb ta’ taħt fuq xi regoli tan-natura, tal-karattru tagħna, tad-drawwiet tagħna… iżda l-Għarus divin ma jimliex il-ġarar tiegħi mingħajr ma jiena nagħmel il-parti tiegħi. Ħajti għandha sitt ġarar imperfetti, f’dawn il-ġarar nista’ nqiegħed biss l-ilma msejken tiegħi, jew id-doni tiegħi, iż-żmien tiegħi, in-nuqqasijiet tiegħi, id-dnub tiegħi, l-aspirazzjonijiet tiegħi u l-għatx klubi tiegħi ta’ għaqda ma’ Alla. Għalik, Mulej, dan biżżejjed. Int, Damiġġana mhux maħluqa li tiġbor fik l-hena kollu tal-Imħabba tal-Missier, la tistmerrx lil ħajti. Fuq dawn il-ġarar int kuljum tlissen il-kliem tat-transustanzazzjoni.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content