It-2 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-2 Ħadd matul is-sena - Sena Ċ

L-ILMA TAD-DRAWWA JINBIDEL F'INBID TAL-PASSJONI

Il-laqgħa ma’ Alla hi festa li marret tajjeb. Festa li fiha nħossu l-ferħ jixtered u jimla kull parti ta’ ġisimna: għax aħna mdawrin minn ħbiebna, għax aħna nħobbu, għax kollox jitbissmilna.

Dak li Ġwanni jirrakkonta huwa l-aktar żwieġ stramb: l-għarusa ma tissemma qatt, l-għarus qiegħed hemm biss biex jilqa’ l-komplimenti tal-head waiter għal ħaġa, li fit-teorija, lilu ma tmissux u li għaliha hu ma għamel xejn. Iż-żwieġ bejn Israel u Alla kien sejjer ħażin, hu bħal dawk il-ġarar: sar tal-ġebel u imperfett (il-ġarar huma sitta: sebgħa – in-numru tal-perfezzjoni – nieqes waħda): ir-reliġjożità ta’ Israel kienet għajjiena u mifqugħa bl-ilma, ma baqgħetx tferraħ, ma baqgħetx festa. Il-poplu kien qed jgħix fidi tixbah ħafna lir-reliġjożità ta’ żmienna, għajjiena u distratta, mifnija bil-kontradizzjonijiet u r-rutina ta’ kuljum. Marija, l-ewwel waħda fost id-dixxipli, tintebaħ, u tistieden lil Ġesù jindaħal. Il-qaddejja fidili, figuri ċentrali tar-rakkont, huma dawk li jżommu ż-żwieġ bejn Israel u Alla fuq saqajh li – bit-tbatija u bla ma jifhmu – jobdu, li jibqgħu hemm, li ma jiċċaqalqux. Għadhom ma jafux li l-ġest fidil tagħhom sa jġib il-frott u jerġa’ jagħti r-ruħ lill-festa. Il-fedeltà tagħna hija meħtieġa għall-miraklu tal-inbid il-ġdid! Huwa Ġesù, l-għarus tal-bniedem, li jibdel l-ilma tad-drawwa fl-inbid tal-passjoni, huwa hu li jirċievi l-kumplimenti mingħandna dixxipli misqija bil-benna tal-Kelma tiegħi.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content