Go to content

It-2 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
IT-2 ĦADD TA’ MATUL IS-SENA

AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ewwel Ktieb ta’ Samwel (3:3b-10.19)

F’dak iż-żmien, Samwel kien mimdud fit-tempju tal-Mulej, fejn kien hemm l-arka ta’ Alla. Il-Mulej sejjaħ: «Samwel!» U dan wieġeb: «Hawn jien!» U mar jiġri għand Għeli. «Hawn jien,» qallu, «għalfejn sejjaħtli?» «Ma sejjaħtlekx,» wieġeb, «erġa’ mur imtedd.» U raġa’ mar jorqod.
U ssokta l-Mulej isejjaħ: «Samwel!» U Samwel qam u mar għand Għeli u qallu: «Hawn jien! Għalfejn sejjaħtli?» «Ma sejjaħtlekx, ibni,» wieġeb, «erġa’ mur orqod.» Samwel kien għadu ma għarafx il-Mulej, u anqas kienet għadha ma ttarrfitlu l-kelma tal-Mulej.
U ssokta l-Mulej isejjaħ: «Samwel!» għat-tielet darba. U dan qam, u mar għand Għeli, u qallu: «Hawn jien! Għalfejn sejjaħtli?» U Għeli fehem li l-Mulej kien qiegħed isejjaħ iż-żagħżugħ. U qal lil Samwel: «Mur orqod. Jekk jerġa’ jsejjaħlek, wieġeb: Tkellem, Mulej, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’.» U Samwel mar jorqod f’postu. U l-Mulej ġie, waqaf ħdejh, u sejjaħ bħal drabi oħra: «Samwel! Samwel!» U Samwel wieġeb: «Tkellem, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’.»
Samwel kiber, u l-Mulej kien miegħu, u ma ħalla ebda kelma milli qal tmur fix-xejn.
Il-Kelma tal-Mulej.       Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 15 ta’ Jannar: Ferja. Qari: 1 Samwel 15:16-23; Salm 49:8-9.16 bċ-17.21 u 23; Mark 2:18-22.
It-Tlieta 16 ta’ Jannar: Ferja. Qari: 1 Samwel 16:1-13; Salm 88:20.21-22.27-28; Mark 2:23-28.
L-Erbgħa 17 ta’ Jannar: Sant’Anton Abbati (TO). Qari: 1 Samwel 17:32-33.37.40-51; Salm 143:1.2.9-10; Mark 3:1-6.
Il-Ħamis 18 ta’ Jannar: Ferja. Qari: 1 Samwel 18:6-9; 19, 1-7; Salm 55:2-3.9-10ab.10ċ-11.12-13; Mark 3:7-12.
Il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar: Ferja. Qari: 1 Samwel 24:3-21; Salm 56:2.3-4.6 u 11; Mark 3:13-19.
Is-Sibt 20 ta’ Jannar: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’jum is-Sibt (T) / San Fabjan (T) / San Sebastjan (T). Qari: 2 Samwel 1:1-4.11-12.19.23-27; Salm 79:2-3.5-7; Mark 3:20-21.

TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.



ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content