It-2 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (49:3.5-6)
Il-Mulej qalli: «Israel, inti l-qaddej tiegħi, bik jiena nkun imfaħħar.»
Issa tkellem il-Mulej, li minn ġuf ommi għamilni qaddej tiegħu, biex għandu rraġġa’ lura lil Ġakobb, u biex Israel jinġabar miegħu mill-ġdid – għax jien kont imfaħħar f’għajnejn il-Mulej, u Alla tiegħi kien il-qawwa tiegħi – u hu qalli: «Tkun ħaġa żgħira wisq għalik, li inti tkun il-qaddej tiegħi, biex tqajjem it-tribù ta’ Ġakobb, u traġġa’ lura l-fdal ta’ Israel. Jien nagħmel minnek dawl għall-ġnus, biex is-salvazzjoni tiegħi sa truf l-art tinfirex.»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-salterju
■ It-Tnejn 19 ta’ Jannar: Ferja. Qari: 1 Samwel 15:16-23; Salm 49:8-9.16bċ-17.21.23; Mark 2:18-22.
■ It-Tlieta 20 ta’ Jannar: Ferja / San Fabjan, papa u martri (T) / San Sebastjan, martri (T). Qari:1 Samwel 16:1-13; Salm 88:20.21-22.27-28; Mark 2:23-28.
■ L-Erbgħa 21 ta’ Jannar: Sant’Anjeże, verġni u martri (TO). Qari: 1 Samwel 17:32-33.37-40-51; Salm 143:1.2.9-10; Mark 3:1-6.
■ Il-Ħamis 22 ta’ Jannar: San Publiju, Prinċep ta’ Malta (TO). Qari: Atti 28: 1-10; Salm 15:1-2.5.7-8.11; Mattew 25:31-40.
■ Il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar: Ferja. Qari: 1 Samwel 24:3-21; Salm 56:2.3-4.6.11; Mark 3:13-19.
■ Is-Sibt 24 ta’ Jannar: San Franġisk ta’ Sales, isqof u duttur tal-Knisja (TO). Qari: 1 Samwel 1:1-4.11-12.19.23-27; Salm 79:2-3.5-7; Mark 3:20-21.
TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.