Go to content

It-2 Ħadd Avvent - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-2 Ħadd tal-Avvent - Sena B
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (40:1-5.9-11)

«Farrġu, farrġu l-poplu tiegħi - jgħid Alla tagħkom. Kellmu lil qalb Ġerusalemm u għidulha li ntemm il-jasar tagħha, tħallset ħżunitha, ħadet mingħand il-Mulej darbtejn għal dnubietha kollha.»
Leħen jgħajjat: «Ħejju t-triq għall-Mulej fid-deżert, wittu għal Alla tagħna mogħdija fix-xagħri. Jintradam kull wied, u jitniżżlu l-muntanji u l-għoljiet; kull art imħattba titwitta, kull art imħarbta ssir maqgħad. U tfiġġ il-glorja tal-Mulej, u l-bnedmin jarawha lkoll f’daqqa, għax fomm il-Mulej tkellem.»
Itla’ fuq il-muntanja għolja, int li ġġib il-bxara t-tajba lil Sijon; għolli leħnek bil-qawwa kollha, int li tagħti l-aħbar it-tajba lil Ġerusalemm; għajjat, la tibżax.
Għid lill-ibliet ta’ Ġuda: «Hawn hu Alla tagħkom! Hawn hu Sidi l-Mulej, li ġej bil-qawwa, u jaħkem bil-qawwa ta’ driegħu. Hawn hu bi ħlasu miegħu, u r-rebħa tiegħu quddiemu. Bħal ragħaj li jirgħa l-merħla tiegħu; bi driegħu jiġmagħha, u l-ħrief fi ħdanu jerfagħhom; u n-nagħaġ ireddgħu bil-mod imexxihom.»
Il-Kelma tal-Mulej.       Irroddu ħajr lil Alla.






IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 11 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent / San Damasu, papa (T). Qari: Isaija 35:1-10; Salm 84:9ab-10.11-12.13-14; Luqa 5:17-26.
It-Tlieta 12 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent / L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Gwadalupe (T). Qari: Isaija 40:1-11; Salm 95:1-2.3 u 10aċ.11-12.13; Mattew 18:12-14.
L-Erbgħa 13 ta’ Diċembru: Santa Luċija, verġni u martri (TO). Qari: Isaija 40:25-31; Salm 102:1-2.3-4.8 u 10; Mattew 11:28-30.
Il-Ħamis 14 ta’ Diċembru: San Ġwann tas-Salib, presbiteru u duttur tal-Knisja (TO). Qari: Isaija 41:13-20; Salm 144:1 u 9.10-11.12-13ab; Mattew 11:11-15.
Il-Ġimgħa 15 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent. Qari: Isaija 48:17-19; Salm 1:1-2.3.4 u 6; Mattew 11:16-19.
Is-Sibt 16 ta’ Diċembru: Ferja tal-Avvent. Qari: Sirak 48:1-4.9-11; Salm 79:2aċ u 3b.15-16.18-19;  Mattew 17:10-13.

TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content