Go to content

It-2 Ħadd Avvent - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-2 Ħadd tal-Avvent - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija (11:1-10)

Għad toħroġ fergħa miz-zokk ta’ Ġesse, għad tinbet rimja minn għeruqu: fuqu jistrieħ l-ispirtu tal-Mulej, l-ispirtu tal-għerf u d-dehen, l-ispirtu tal-għaqal u l-qawwa, l-ispirtu tal-għerf u l-biża’ tal-Mulej, u l-għaxqa tiegħu fil-biża’ tal-Mulej.
Ma jiġġudikax skont ma jidher fl-għajnejn, u ma jagħtix sentenza skont ma jisma’, iżda jiġġudika l-imsejknin skont il-ġustizzja, u jagħti sentenza skont is-sewwa lill-fqajrin tal-art. Isawwat il-kiefra bix-xettru ta’ fommu, u b’nifs xufftejh joqtol lill-ħażin. Il-ħżiem ta’ ġenbejh tkun il-ġustizzja, u l-fedeltà l-ħżiem ta’ qaddu.
Il-lupu jibda jgħix mal-ħaruf, il-leopard mal-gidi, u jirgħu flimkien l-għoġol u ferħ l-iljun, daqsxejn ta’ tfajjel isuqhom. Il-baqra u l-ors jirgħu flimkien, u l-frieħ tagħhom flimkien jistrieħu.
L-iljun bħall-gendus jiekol it-tiben. It-tarbija tal-ħalib titliegħeb fil-ħofra tas-serp; u t-tifel miftum idaħħal idu fil-bejta tal-lifgħa. Ma jagħmlux aktar deni u anqas ħsara fuq il-muntanja qaddisa kollha tiegħi, għax mimlija hi l-art bl-għarfien tal-Mulej bħalma l-baħar hu miksi bl-ilmijiet.
Imbagħad jiġri f’dak il-jum li l-għerq ta’ Ġesse jieqaf bħala sinjal għall-popli. Lilu jfittxu l-ġnus, u l-għamara tiegħu tkun imsebbħa.
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -

- AUDIO -
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content