It-2 Ħadd tal-Avvent - Sena A
KONVERŻJONI
Konverżjoni tfisser tisma’ l-Vanġelu. Ħadd mhu daqshekk imbiegħed, imħassar, ċkejken, qadim tant li dan ma jistax jagħmlu. Mhuwiex kmandament astratt, ’il bogħod mill-ħajja. Aħna ninbidlu bl-imħabba, mhux b’liġi! U m’hemm ħadd daqshekk tajjeb tant li jħoss li dan ma għandux jagħmlu! Il-bidla hi wkoll taħbita, għax kultant inkunu daqshekk imdorrijin b’dak li aħna li nistħajluha iebsa wisq. X’nagħmel biex ninbidel? Issa ili snin twal inġib ruħi dejjem hekk, nagħdab għal xejn b’xejn, nirreaġixxi dejjem bl-istess mod, ma tantx għandi kliem mimli bl-imħabba għall-oħrajn, ma nafx nitlob maħfra, moħħi biss li nkun komdu, u l-bqija. Sirt regola għalija nnifsi tant li ma jseħħlix nisma’ tabilħaqq. Kultant b’qalbna maqtugħa ngħidu: “Ippruvajt, iżda mbagħad dejjem nibqa’ kif inkun.” Il-konverżjoni hija mixja twila. Iżda għajb għal min jaħseb li kull wieħed għandu jkun hu nnifsu, sal-aħħar, dejjem. Nibqgħu lsiera tas-solitudni tagħna. U hi ħaġa ċara li mhux biżżejjed inbiddlu l-qagħda u l-kuntest biex ninbidlu. Irridu mmorru quddiem il-Mulej u nisimgħu Kelmtu biex din tasal f’qalbna u tbiddilha.