It-2 Ħadd tal-Avvent - Sena A
ALLA RESAQ LEJNA
Ġwanni hu l-aħħar profeta u l-aktar wieħed xortih ħażina fosthom: jhedded bil-vendetta u l-kastigi ta’ Alla, bħall-Profeti l-kbar tal-imgħoddi. Iżda ż-żminijiet inbidlu: in-nies ma jindmux bit-theddid jew bis-sensi tal-ħtija, Alla jrid mod ieħor.
Alla kif iħabbru l-Għammied, Alla li qed nistennew huwa Alla li jaħraq minn ġewwa, li jkaxkar ’il bogħod bil-qawwa l-beżgħat, Alla qawwi u b’saħħtu! Huwa nar jaqbad li jaħraq it-tlajjar, li jibla’ kull oġġezzjoni, kull dalma, kull biża’. Ġwanni jwiddeb: mhux biżżejjed nistkennu wara t-tradizzjoni (“għandna lil Abraham bħala missier!”) jew fi twemmin superfiċjali, tal-faċċata, tal-kuxjenza bierda (“agħmlu frott li jixraqlu jaqla’ l-indiema”). Min hu ġej jitlob bidla reali, għażla ta’ ħajja, skjerament. Alla – huwa u jsir bniedem – jifred id-dawl mid-dlam, jorbotna li nilqgħuh jew niċħduh. Sakemm Alla jinsab fuq is-sħab, divinità bi mneħirha mxammar li nsejħulu biss biex jagħmel miraklu jew li noffenduh għax il-miraklu ma għamlux, dik hi ħaġa. Iżda hawn qed nitħaddtu dwar Alla tarbija tat-twelid! Alla dgħajjef li jfarrak it-teoriji approssimattivi tagħna fuq in-natura divina, Alla umli u fraġli, li jitlob ospitalità u mhux devozzjoni fiergħa. Aħna mistednin nagħrfu l-profeti ta’ madwarna, aħna msejħin biex insiru profeti. Ejjew ngħidu lil kulħadd, ħbieb: Alla resaq lejna, nistgħu nilqgħuh, nagħrfuh, inħossuh preżenti.