It-18 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb ta’ Koħèlet (1: 2;2:21-23)
O frugħa tal-frugħat, jgħid Koħèlet. O frugħa tal-frugħat! Kollox frugħa!
Għax dan jiġri: wieħed, li jkun ħadem bl-għaqal u l-ħila u b’suċċess, ikollu jgħaddi sehmu lil ħaddieħor li xejn ma tħabat għalih. Dan ukoll frugħa u ħaġa mill-agħar.
Għax x’sa jmissu l-bniedem mit-taħbit u l-kedda li jkun ħa taħt ix-xemx? Għomru kollu jbati u jinħaqar bil-kedda u lanqas billejl ma jserraħ rasu. Dan ukoll hu frugħa!
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju
■ It-Tnejn 4 ta’ Awwissu: San Ġwann Marija Vianney, presbiteru (TO). Qari: Numri 11:4b-15; Salm 80:12-17; Mattew 14:13-21.
■ It-Tlieta 5 ta’ Awwissu: Ferja / Id-Dedikazzjoni tal-Bażilika ta’ Santa Marija Maggiore, f’Ruma (T). Qari: Numri 12:1-13; Salm 50:3-7.12-13; Mattew 14:22-36.
■ L-Erbgħa 6 ta’ Awwissu: It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej (F). Qari: Danjel 7:9-10.13-14 jew 2 Pietru 1:16-19; Salm 96:1-2.5-6.9; Luqa 9:28b-36.
■ Il-Ħamis 7 ta’ Awwissu: Ferja / San Sistu II, papa u sħabu, martri (T) / San Gejtanu, presbiteru (T). Qari: Numri 20:1-13; Salm 94:1-2.6-9; Mattew 16:13-23.
■ Il-Ġimgħa 8 ta’ Awwissu: San Duminku, presbiteru (TO). Qari: Dewteronomju 4:32-40; Salm 76:12-16.21; Mattew 16:24-28.
■ Is-Sibt 9 ta’ Awwissu: Santa Tereża Benedetta tas-Salib (Edith Stein), verġni u martri, patruna tal-Ewropa (F). Qari: Ħosegħa 2:16b.17b.21-22; Salm 44:11-12.14-17; Mattew 25:1-13.
F = Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.