It-18 Ħadd matul is-sena Ċ
AĦNA U L-GĦANA
Ħa jgħolli idu min qatt ma kellu xi jgħid minħabba l-flus. Hu ovvju, li aħna nies ibbilanċjati u onesti, u dak li talab lil Ġesù jindaħal ma’ ħuh minħabba kwistjoni ta’ flus, aktarx għandu raġun. Iżda...
Ġesù jaf li wara t-talba ta’ dak ir-raġel ġellied hemm kwistjoni ta’ flus u jieħu okkażjoni biex jagħmel riflessjoni fuq l-għana. Bil-kliem aħna dejjem ilkoll ħielsa u safja, Franġiskani min-natura. Ilkoll għandna mistħija naturali fejn jidħlu l-flus, inqisuhom bħala xi ħaġa perikuluża, maħmuġa, ambigwa. Bniedem għani hu dejjem imħares b’suspett, u b’mod speċjali, fid-dinja Kattolika tagħna, dejjem nitħawdu meta nitkellmu fuq il-flus. Ġesù, b’mod paradossali, hu ħieles għall-kollox b’dan: ma jgħidx li l-għana maħmuġ. Jgħid biss li hu perikuluż. Ħarsu lejn l-imsejken raġel tal-parabbola: ħaddiem kbir, ma qalulniex li kien diżonest, lanqas li kien rgħib, anzi, imiss il-qalb l-inkwiet tiegħu li jisfrutta tajjeb il-qligħ tiegħu biex imbagħad igawdih fis-sliem… Il-mewt tiegħu mhijiex kastig, iżda ġrajja li tista’ sseħħ, dejjem fl-ordni ta’ kif ġraw il-fatti. Min jaf: forsi stressjat iżżejjed, xogħol żejjed, ipejjep wisq... forsi kienet waħda minn dawn li ġabet il-mewt mhux mistennija, żgur mhux l-azzjoni ta’ Alla. Ġesù jwissina: l-għana jwiegħed dak li ma jistax iżomm, ibellagħhielna li l-ġid jimlielna qlubna.