It-18 Ħadd matul is-sena Ċ - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-18 Ħadd matul is-sena Ċ
ĠESÙ JQASSAM BISS ĠID SPIRITWALI

Hawn min jaħseb li Alla qiegħed hemm biex meta jkollna bżonnu nduru lejh bħalma min ikollu bżonn jissellef xi flus imur il-bank, u dan, wara li jara jaqbillux, jisilfu. Illum Ġesù jurina li Alla mhux hekk. Imma dak li mar jitolbu jqassam il-wirt bejnu u bejn ħuh hekk kien jaħseb. Il-Mulej qiegħed hemm biex isalvana mill-ħsarat tad-dnub. Hu minnu li hu jipprovdi lil kull wieħed dak li għandu bżonn biex jgħix... imma daqshekk, aktar le. Isimgħu x’qalilna: “Ħarsu ruħkom mir-regħba... għax il-ħajja (ta’ dejjem) ma tiddependix minn kemm għandkom ġid.” U kompla b’dik il-parabbola ta’ dak li ġema’ kotra kbira ta’ ġid materjali u fl-aħjar ħin “talbuh ruħu lura” jiġifieri miet u ħalla kollox warajh. Il-ġid min gawdieh? Għax miegħu dak ma ħa xejn! “Hekk jiġrilu min jiġma’ l-ġid għalih innifsu bla ma jistagħna quddiem Alla.” Biex nistagħnu quddiem Alla rridu nitolbuh jgħarrafna x’inhi r-rieda tiegħu u jagħtina s-saħħa u l-kuraġġ li nagħmluha f’ħajjitna. B’hekk inkunu nġemmgħu għalina teżori fis-sema.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content