Go to content

It-18 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
IT-18-IL ĦADD TA’ MATUL IS-SENA B

AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-Ewwel Qari
Qari mill-Ktieb tal-Eżodu (16:2-4.12-15)

F’dak iż-żmien, fid-deżert, il-ġemgħa kollha ta’ wlied Israel bdew igergru kontra Mosè u Aron. Ulied Israel qalulhom: «Mhux li mitna b’id il-Mulej fl-art tal-Eġittu, meta konna ħdejn il-borom tal-laħam u konna nieklu ħobż bix-xaba’! Ħriġtuna f’dan id-deżert biex toqtlu bil-ġuħ din il-ġemgħa kollha!»
Il-Mulej imbagħad qal lil Mosè: «Ara, sa nibagħtilkom xita ta’ ħobż mis-sema. Il-poplu kollu joħroġ u jiġbor minn jum għal ieħor kemm ikun jeħtieġ għall-ġurnata, biex hekk inġarrabhom u nara jimxux mal-liġi tiegħi jew le. Jien smajt it-tgergir ta’ wlied Israel. Kellimhom u għidilhom: “Filgħaxija tieklu l-laħam u filgħodu tixbgħu bil-ħobż. U tkunu tafu li jiena l-Mulej, Alla tagħkom.”»
U ġara li filgħaxija dehret qatgħa summien tittajjar fl-għoli u għattiet it-tined kollha, u filgħodu kien hemm wiċċ nida madwar it-tined. Meta din in-nida għabet, fuq wiċċ id-deżert kien hemm xi ħaġa rqiqa qisha ġlata fuq l-art. Malli wlied Israel raw dan, bdew jgħidu wieħed lil ieħor: «Man-hu?» - Għax ma għarfux x’inhu. Mosè qalilhom: «Dan hu l-ikel li l-Mulej takom biex tieklu.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
IL-QATTUS TAL-EREMIT
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 5 t’Awwissu: Ferja / Id-Dedikazzjoni tal-Bażilka ta’ Santa Marija Maggiore, f’Ruma (T). Qari: Ġeremija 28:1-17; Salm 118:29.43.79.80.95.102; Mattew 14:13-21.
It-Tlieta 6 t’Awwissu: It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej (F). Qari: Danjel 7:9-10.13-14; Salm 96:1-2.5-6.9; 2 Pietru 1:16-19; Mk 9:2-10.
L-Erbgħa 7 t’Awwissu: Ferja / San Sistu II, papa u sħabu, martri (T) / San Gejtanu, presbiteru (T). Qari: Ġeremija 31:1-7; Salm Ġeremija 31:10-13; Mattew 15:21-28.
Il-Ħamis 8 t’Awwissu: San Duminku, presbiteru (TO). Qari: Ġeremija 31:31-34; Salm 50:12-15.18-19; Mattew 16:13-23.
Il-Ġimgħa 9 t’Awwissu: Santa Tereża Benedetta tas-Salib (Edith Stein), verġni u martri, patruna tal-Ewropa (F). Qari: Ħosegħa 2:16.17.21-22; Salm 44:11-12.14-17; Mattew 25:1-13.
Is-Sibt 10 t’Awwissu: San Lawrenz, djaknu u martri (F). Qari: 2 Korintin 9:6-10; Salm 111:1-2.5-9; Ġwanni 12:24-26.

F= Festa; TO = Tifkira Obbligatorja; T = Tifkira.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content