It-18-il Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-18-il Ħadd matul is-sena B

X’AĦNA NFITTXU F’ĠESÙ?

Il-ħobż u l-ħut tkattru u l-poplu kiel u xaba’. Bil-ferħ in-nies riedu jaħtruh sultan, iżda hu għaraf x’kien ġej u ħarab ’l hemm. In-nies baqgħu jfittxuh... għax miegħu tiekol b’xejn! Fl-aħħar sabuh f’Kafarnahum: “Rabbi, meta ġejt hawn?” Iżda b’Ġesù ħadd ma jidħak! Hu għaraf x’kellhom f’qalbhom u qalilhom ċar u tond: “Intom qegħdin tfittxuni għax kiltu u xbajtu.” U wriehom liema ikel kellhom ifittxu: dak li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem, jiġifieri l-ikel tar-rieda ta’ Alla li biha l-bniedem irid jgħix. U x’inhi r-rieda ta’ Alla? “Li intom temmnu f’dak li huwa bagħat” jiġifieri f’Ġesù-Messija, li hu l-espressjoni tar-rieda tal-Missier. Dan hu l-ħobż tas-sema li jrid jitmagħna l-Mulej, li qalilna: “Jien hu l-ħobż tal-ħajja.” Mela jekk mingħand Ġesù qegħdin infittxu l-ġid ta’ din id-dinja, it-tweġiba tiegħu għalina sa tkun dik stess li qal lil dawk li marru jfittxuh biex jimlew żaqqhom bla ħlas.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content