It-18-il Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-18-il Ħadd matul is-sena B

TĦABTU GĦALL-IKEL LI JIBQA' GĦALL-ĦAJJA TA' DEJJEM

«Tassew tassew ngħidilkom, intom qegħdin tfittxuni mhux għax rajtu sinjali, imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu. Tħabtu mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall-ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem, dak li Bin il-bniedem jagħtikom…» Nistgħu naraw krexxendo bi tliet passi f’dan il-Vanġelu. Il-poplu tqiegħed quddiem l-intenzjonijiet utilitaristiċi. Kien miexi wara Ġesù għax kien jiekol b’xejn u jimla żaqqu. Lil hinn miż-żaqq mimlija, Ġesù jistieden lill-poplu jagħraf il-ħidma ta’ Alla, u jroddlu ħajr. Il-Lhud juru li huma ffurmati f’dan u jiftakru fil-ħobż tal-providenza mogħti minn Alla fid-deżert. Importanti ninnutaw il-providenza, iżda hemm pass ieħor, dak li nagħrfu lil min jipprovdi, lil dak li jagħti d-don, li jsir Ħobż bis-Siġill tal-Missier. Hu l-pass li wieħed jimla l-qalb tal-Maħbub innifsu. Is-Siġill, fit-tradizzjoni Spiritwali, huwa l-Ispirtu s-Santu, rabta personali u sostanzjali ta’ Mħabba bejn il-Missier u l-Iben. L-opra ta’ Alla hi li wieħed jilqa’ din l-imħabba, magħmula ħobż ta’ kuljum f’Ġesù.  
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content