It-13 Ħadd ta' matul is-sena - Sena Ċ
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten (19:16b.19-21)
F’dak iż-żmien, il-Mulej qal lil Elija: «Lil Eliżew bin Safat, ta’ Abel-mehola, idilku profeta flokok.»
Elija telaq minn hemm u sab lil Eliżew bin Safat, waqt li kien qiegħed jaħrat bi tnax-il żewġ gniedes quddiemu; u hu kien qiegħed imexxi t-tnax-il wieħed. Resaq lejh Elija, u xeħet fuqu l-mantell tiegħu. Dan ħalla l-gniedes u mar jiġri wara Elija jgħidlu: «Ħallini mmur insellem lil missieri u ’l ommi, imbagħad niġi warajk.» Qallu Elija: «Mur u erġa’ ejja; għaliex x’għamiltlek jiena?»
Eliżew tbiegħed minnu, qabad żewġ gniedes, qatilhom u offriehom sagrifiċċju. U bl-għodda tal-ħrit sajjar il-laħam, qassmu lin-nies, u kielu. U hu mar wara Elija, u beda jservih.
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-salterju
■ It-Tnejn 27 ta’ Ġunju: Ferja / San Ċirillu ta’ Lixandra, Isqof u Duttur tal-Knisja (T). Qari: Għamos 2:6-10.13-16; Salm 49:16-23; Mattew 8:18-22.
■ It-Tlieta 28 ta’ Ġunju: Sant’Irinew, Isqof u Martri (TO). Qari: Għamos 3:1-8; 4:11-12; Salm 5:5-8; Mattew 8:23-27.
■ L-Erbgħa 29 ta’ Ġunju: San Pietru u San Pawl, Appostli (S). Qari: Atti 12:1-11; Salm 33:2-9; 2 Timotju 4:6-8.17-18; Mattew 16:13-19.
■ Il-Ħamis 30 ta’ Ġunju: Ferja / L-Ewwel Martri tal-Knisja ta’ Ruma (T). Qari: Għamos 7:10-17; Salm 18:8-11; Mattew 9:1-8.
■ Il-Ġimgħa 1 ta’ Lulju: Ferja / Beatu Nazju Falzon, Kjeriku sekulari (T). Qari: Għamos 8:4-6.9-12; Salm 118:2.10.20.30.40.131; Mattew 9:9-13.
■ Is-Sibt 2 ta’ Lulju: Ferja / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Għamos 9:11-15; Salm 84:9.11-14; Mattew 9:14-17.
Il-kulur tad-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.