It-13 Ħadd matul is-sena Ċ
IL-MULEJ IĠIB RUĦU MAGĦNA BIL-KARATTRU QAWWI TIEGĦU
Karattru sod juri ruħu f’kemm ikollu ħila ma jħallix dak li jiġi minn barra jsawru u jagħġnu, iżda jkollu set ta’ valuri tiegħu. Filwaqt li l-karattru dgħajjef hu aġitat u jaġixxi b’mod mhux naturali, il-karattru qawwi jaġixxi skont in-natura tiegħu. Il-ħaġa sabiħa hi li l-Mulej iġib ruħu magħna bil-karattri qawwi tiegħu u meta, bħas-Samaritani tal-Vanġelu, ningħalqu fina nfusna, huwa jibqa’ sejjer b’«deċiżjoni soda» lejn Ġerusalemm biex jiftaħ dirgħajh beraħ fuq is-salib. Illum niċċelebraw il-festa tal-ewwel martri tal-Knisja ta’ Ruma. F’dawn in-nies naraw l-istess determinazzjoni li naraw f’Ġesù f’dan il-
Vanġelu. Naraw id-«deċiżjoni soda» li jmur lejn Ġerusalemm, mhux dik ta’ din l-art, iżda Ġerusalemm tas-sema, fejn Alla jkun kollox f’kulħadd. Il-martri ma jimxux lejn il-mewt, jimxu lejn il-ħajja, dik vera. Hu biss meta jħarsu lejn il-ħajja vera li jilqgħu l-mewt, anzi, kif tgħid l-Ittra lil-Lhud: ikażbru l-mewt.