Go to content

It-13 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-13-il Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mit-Tieni Ktieb tas-Slaten (4: 8-11.14-16a)

Ġurnata waħda Eliżew kien għaddej minn Sunem. Hawn kienet toqgħod mara għanja, u din ġagħlitu joqgħod jiekol għandha; u kull meta kien jgħaddi minn hemm kien idur għal għandha biex jiekol hemm. U hi qalet lil żewġha: «Ara, jien żgura li dan ir-raġel, li jgħaddi għandna sikwit, hu raġel qaddis ta’ Alla. Ħa ntellgħulu għorfa fuq is-setaħ, u nqegħdulu fiha sodda, mejda, siġġu u mnara, u meta jgħaddi għandna, ikun jista’ jidħol fiha.»
U ġurnata waħda wasal hemm, u daħal fl-għorfa, u raqad hemm. U Eliżew qal lil Ġeħażi, il-qaddej tiegħu: «X’nistgħu nagħmlulha lil din il-mara?» U Ġeħażi wieġbu: «Jaħasra, ma għandhiex tfal, u żewġha xiħ!» U wieġbu: «Sejħilha.» U dak sejħilha u ġiet fil-bieb. U Eliżew qalilha: «Bħal dan iż-żmien sena, int tkun tħaddan iben.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
L-ewwel ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 29 ta’ Ġunju: San Pietru u San Pawl, appostli (S), Qari: Atti 12:1-11; Salm 33:2-9; 2 Timotju 4:6-8.17-18; Mattew 16:13-19.
It-Tlieta 30 ta’ Ġunju: Ferja / L-ewwel Martri tal-Knisja ta’ Ruma (T). Qari: Għamos 3:1-8.4:11-12; Salm 5:5-8; Mattew 8:23-27.
L-Erbgħa 1 ta’ Lulju: Ferja / Beatu Nazju Falzon¸ kjeriku sekulari (T). Qari: Għamos 5:14-15.21-24; Salm 49:7-13.16bċ; Mattew 8:28-34.
Il-Ħamis 2 ta’ Lulju: Ferja. Qari: Għamos 7:10-17; Salm 18:8-11; Mattew 9:1-8.
Il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju: San Tumas, appostlu (F). Qari: Efesin 2:19-22; Salm 116:1.2; Ġwanni 20:24-29.
Is-Sibt 4 ta’ Lulju: Ferja / Santa Eliżabetta tal-Portugal (T) / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T).  Qari: Għamos 9:11-15; Salm 84:9.11-14; Mattew 9:14-17.

T = Tifkira; S = Solennità.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content