It-13 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-13-il Ħadd matul is-sena - Sena A
IS-SEJĦA HI DON
«Taħsbux li jiena ġejt inġib il-paċi fuq l-art! Ġejt inġib mhux il-paċi, imma s-sejf. […] Min isib lil ħajtu jitlifha; u min jitlef lil ħajtu minħabba fija jsibha.» Ix-xandir tagħna jibqa’ bla setgħa jekk ma nerġgħux indaħħlu għeruqna f’Ġesù, li l-avversarji tiegħu nfushom għarfu s-setgħa waħdanija tiegħu. Ir-radikalità tal-Vanġelu tgħidilna li ma għandna nqiegħdu xejn u ’l ħadd quddiem is-sejħa ta’ Alla. Kemm nies jafu li dan il-kliem hu laħam ta’ laħamhom u għadam ta’ għadamhom? Kemm nies sabu l-hena tagħhom f’dak li waqt li fih ma ħallewx il-ħakma umana timblokka fihom sejħa li jagħtu lilhom infushom bis-sħiħ? U kemm ġenituri sabu ruħhom iroddu ħajr għax binhom jew binthom semgħu aktar is-sejħa ta’ Alla milli t-tgergir tagħhom? Is-sejħa ta’ Alla għalja, iżda dan hu l-uniku investiment li jiswa. Is-sejħa ta’ Alla hi d-don waħdieni li ma jiftaqarx imma jsir għana ta’ min jagħti.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content