It-13 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-13-il Ħadd matul is-sena - Sena A
IS-SLALEB TAL-ĦAJJA

Tħobb mhijiex ħaġa ħafifa. Fina nħossu l-limiti tal-imħabba, id-dgħufija tad-don li nixtiequ nagħtu li, iżda, hu ambigwu, iweġġa’, isallab. It-tagħlim tal-imħabba fih ħafna taħbit, u mhux lakemm neħilsu mid-dittatur ċkejken li jgħammar fina.

Il-ħajja kultant diffiċli. Ġesù jitlobna nilqgħuha kif tiġina, bla ma nixterdu, aħna u nġorru s-salib tal-kontradizzjoni, u nistabru biex ikollna l-ħila nikbru. Dwar is-salib sikwit nitkellmu b’mod mhux korrett. Nixtieq niċċara xi ħwejjeġ sempliċi. Alla ma jibgħatx is-salib, u s-salib ma jagħmlilniex xi ġid. Is-salib jagħtina l-ħajja, is-saħħa, l-oħrajn, il-mod kif naħsbu. Iżda Alla le, ma jaħsibx li s-salib huwa edukattiv, ejjew ma ngħidux ħmerijiet. Hu bħallikieku xi missier jgħid: “Naf li l-uġigħ jgħin lill-bniedem jikber, mela sa naqta’ driegħ ibni!” Nistgħu, kif jgħid Ġesù, nagħmlu mis-salib okkażjoni li biha nikbru, possibbiltà li mmorru għall-essenzjal. Anki Ġesù refa’ salib, mhux għax riedu hu, lanqas minħabba l-iżbalji tiegħu, u biddlu. Tkun dixxiplu, bħal Mattew, ifisser li t-teżor fl-għalqa li hu sab jiswa kull sforz biex wieħed jiksbu u jżommu… Ġesù jgħid li s-sejba tiegħu hija l-esperjenza l-aktar qawwija tal-ħajja u li jiswa li nħallu kollox biex niksbu lilu. Li t-“telfa” tal-ħajja fil-Mulej ma tfissirx tarmiha imma tħalliha f’idejn il-ħlewwa li tfejjaq lid-dinja.




ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content