It-13 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-13-il Ħadd matul is-sena A
IT-TRIQ TAN-NISRANI

Ġesù juri lill-Appostli t-triq li għandu jaqbad kull min irid ikun dixxiplu veru tiegħu. Dan jagħmlu biex huma dan it-tagħlim iwassluh bil-predikazzjoni tagħhom. L-ewwel nett in-Nisrani għandu jqiegħed lil Ġesù fl-ewwel post ta’ ħajtu. L-imħabba lejh għandha tkun wisq akbar minn dik lejn l-egħżeż fost qrabatu: missieru, ommu, uliedu. Mela jekk xi ħadd minn dawn itellfek fil-mixja tiegħek ma’ Ġesù, l-Imgħallem għandu jirbaħ fl-għażliet li tagħmel. It-tieni: kif l-Imgħallem refa’ s-salib u baqa’ jerfgħu sal-mewt, hekk in-Nisrani għax id-dixxipli mhumiex aqwa mill-Imgħallem, u dak li għamlu lilu sa jagħmluh lilna. Mela min saħansitra jitlef ħajtu għall-imħabba ta’ Kristu dan żgur isibha. Din l-imħabba lejn Kristu trid tingħax fil-konkret tal-ħajja ta’ kuljum. Mela jeħtieġ niftħu għajnejna biex malli naraw madwarna lil min qiegħed ibati jew jeħtieġ l-għajnuna, fih nilmħu lil Ġesù li qiegħed ibati u nnewlulu jdejna. Ġesù jgħidilna li min jagħmel hekk “ma jitlifx il-ħlas.”
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content