Go to content

It-12 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
It-12-il Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġeremija (20:10-13)

F’dak iż-żmien, Ġeremija qal: Ma nismax ħlief taqsis il-kotra; biża’ madwari kollu! «Ixluh! Ħa nixluh!» Jgħajtu saħansitra ħbiebi kollha, ifittxu l-qerda tiegħi: «Għandu mnejn jitqarraq u negħlbuh; ta’ kollox nitħallsu minnu!»
Il-Mulej miegħi bħal raġel qalbieni, għalhekk dawk li jagħmlu għalija jogħtru, ma jagħmlu xejn, jitħawdu bis-sħiħ, għax ħsiebhom ma jseħħx; għajb għalihom li ma jintesa qatt.
Int, Mulej tal-eżerċti, li ġġarrab il-ġust, li tara l-ġewwieni u l-qalb, ħallini nara l-vendetta tiegħek kontrihom, għax f’idejk ħallejt il-kawża tiegħi. Għannu lill-Mulej, faħħru lill-Mulej, għaliex ħajjet l-imsejken ħelisha minn id il-ħżiena.
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
Ir-raba’ ġimgħa tas-Salterju
It-Tnejn 22 ta’ Ġunju: Arċidjoċesi ta’ Malta Ferja / San Pawlinu ta’ Nola, isqof (T) / San Ġwann Fisher, isqof u San Tumas More, martri (T). Qari: 2 Slaten 17:5-8.13-15a.18; Salm 59:3-5.12-13; Mattew 7:1-5. Djoċesi ta’ Għawdex Tifkira tal-anniversarju tas-sejħa tal-Madonna lil Karmni Grima (F). Qari: Żakkarija 2:14-17; Salm Luqa 1:46-55; Efesin 4:17-18.20-32; 5:1-2; Ġwanni 2:1-11.
It-Tlieta 23 ta’ Ġunju: Ferja. Qari: 2 Slaten 19:9b-11.14-21.31-35a.36; Salm 47:2-4.10-11; Mattew 7:6.12-14.
L-Erbgħa 24 ta’ Ġunju: It-Twelid ta’ San Ġwann Battista (S). Qari: Isaija 49:1-6; Salm 138:1-3.13-15; Atti 13:22-26; Luqa 1:57-66.80.
Il-Ħamis 25 ta’ Ġunju: Ferja. Qari: 2 Slaten 24:8-17; Salm 78:1-5.8-9; Mattew 7:21-29.
Il-Ġimgħa 26 ta’ Ġunju: Ferja. Qari: 2 Slaten 25:1-12; Salm 136:1-6; Mattew 8:1-4.
Is-Sibt 27 ta’ Ġunju: Ferja / San Ċirillu ta’ Lixandra, isqof u duttur tal-Knisja (T) / L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt (T). Qari: Lamentazzjonijiet 2:2.10-14.18-19; Salm 73:1-5b.7.20-21; Mattew 8:5-17.

T = Tifkira; F = Festa; S = Solennità.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.


ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content