It-12-il Ħadd matul is-sena A
XANDRU L-KELMA
Ġesù jħeġġeġ lill-Appostli, u magħhom lilna, biex ma jibżgħux mill-bnedmin. Il-Kelma tiegħu trid tixxandar ma’ kullimkien minkejja t-tfixkil li joħolqulha l-bnedmin. Din hi l-missjoni tan-Nisrani. Bil-mod kif jgħix, qabel kull ħaġa oħra, hu jrid ixandar il-Kelma bla ebda biża’ minn dawk li jistgħu joqtlu l-ġisem iżda mhux ir-ruħ. Kollox hu maħkum mir-rieda tal-Missier, u min jilqa’ din ir-rieda jkun qiegħed jistqarr quddiem il-bnedmin li hu ma’ Kristu. Imbagħad il-Mulej bi ħlas jistqarr li hu miegħu quddiem il-Missier tas-sema. Din hi d-difiża tal-avukat tagħna quddiem il-Missier.