It-12 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
It-12-il Ħadd matul is-sena - Sena A
IĊ-ĊERTEZZA FIL-MISSIER
It-tfal iż-żgħar, meta tiġri xi ħaġa ġdida, sabiħa jew kerha, iħarsu f’għajnejn ommhom jew missierhom biex jifhmu kif għandhom iġibu ruħhom. Minn għajnejn il-ġenituri jifhmu x’ikun ġara u jieħdu sens ta’ sikurezza. Hekk ukoll aħna għandna nkunu bħat-tfal iż-żgħar li jħarsu lejn għajnejn il-Missier biex mingħandu, mill-imħabba bla tarf tiegħu, jieħdu t-tifsira tal-ferħ tagħna, il-valur tal-persuna tagħna. U kif nistgħu niltaqgħu mal-ħarsa tal-Missier? B’dak li jgħidilna fuqu l-Iben. «Żewġ għasafar tal-bejt mhux b’ħabba jinbiegħu? U b’danakollu anqas wieħed minnhom ma jaqa’ fl-art mingħajr ir-rieda ta’ Missierkom. Intom imbagħad sax-xagħar ta’ raskom kollu hu magħdud.» Ir-raġuni għala ma għandniex inħallu l-ġudizzju tal-oħrajn jinfluwenzana mhijiex għax ma jimpurtaniex, iżda l-għarfien tal-ħsieb u l-imħabba ta’ Alla għalina. Iċ-ċertezza tagħna ma tinsabx f’moħħna, iżda fl-affidabbiltà tal-Missier li niltaqgħu magħha fil-ġisem ta’ Ġesù Kristu, mogħti għalina sal-mewt, u sal-mewt tas-salib.

ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content