Is-7 Ħadd ta' matul is-sena - Sena A
AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Levitku (19:1-2.17-18)
Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu: «Għid lill-ġemgħa kollha ta’ wlied Israel: “Għandkom tkunu qaddisin, għax qaddis jien, il-Mulej Alla tagħkom.
La tbejjitx lil ħuk f’qalbek, imma lil għajrek wissih u erġa’ wissih, biex ma tkunx ħati tiegħu.
La titħallasx b’idejk, u la żżommx f’qalbek għal ulied niesek, imma ħobb lil għajrek bħalek innifsek: Jiena l-Mulej.”»
Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.
- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tielet ġimgħa tas-salterju
■ It-Tnejn 20 ta’ Frar: Ferja. Qari: Sirak 1:1-10; Salm 92:1ab.1ċ-2.5; Mark 9:14-29.
■ It-Tlieta 21 ta’ Frar: Ferja / San Pietru Damiani, isqof u duttur tal-Knisja (T). Qari: Sirak 2:1-13; Salm 36:3-4.18-19.27-28.39-40; Mark 9:30-37.
■ L-Erbgħa 22 ta’ Frar: L-Erbgħa tal-Irmied. Qari: Ġoel 2:12-18; Salm 50:3-4.5-6a.12-13.14 u 17; 2 Korintin 5:20 – 6:2; Mattew 6:1-6.16-18.
■ Il-Ħamis 23 ta’ Frar: Ferja tar-Randan. Qari: Dewteronomju 30:15-20; Salm 1:1-2.3.4 u 6; Luqa 9:22-25 .
■ Il-Ġimgħa 24 ta’ Frar: Ferja tar-Randan. Qari: Isaija 58:1-9a; Salm 50:3-4.5-6a.18-19; Mattew 9:14-15.
■ Is-Sibt 25 ta’ Frar: Ferja tar-Randan / Il-Beata Marija Adeodata Pisani, verġni (TL). Qari: Isaija 58:9b-14; Salm 85:1-2.3-4.5-6; Luqa 5:27-32.
T = Tifkira; TL= Tifkira Limitata.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.