Is-7 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Is-7 Ħadd matul is-sena - Sena A
ĦAJJA UMANA BTOGĦMA DIVINA
Ftit taż-żmien ilu, kont qed niddiskuti ma’ student waqt eżami tat-Teoloġja fuq il-kustjoni ta’ Ġesù storiku. Wara li smajt id-dubji tal-istudent dwar id-dokumenti mhux bibliċi li jitħaddtu fuq Ġesù u li jsawru xhieda fuq l-istoriċità tiegħu, għidtlu: «Ġesù hu skomdu wisq, ma setax kien ivvintat.» Din il-paġna tal-Vanġelu hi xhud ta’ kif Ġesù jiġi biex jaqlagħna mill-etika tagħna li tqis kollox u jiftaħna għall-kobor ta’ Alla. Kieku ma kienx hu li qalilna dan, waħedna ma konniex naslu fuq l-għoljiet ta’ dak li hu bla tmiem, ma konniex noffru l-imħabba lill-għadu u lanqas ma konna nippruvaw nimitaw lil Alla
nnifsu: «Kunu perfetti bħalma hu perfett Missierkom li hu fis-smewwiet.» Alla vvintat mill-bniedem kien iwieġeb għall-kriterji tal-loġika umana. L-aħjar li seta’ jasal kien ikun «għajn b’għajn u sinna b’sinna», ħobbu lill-ħbieb, obogħdu lill-għedewwa. Hu biss l-Imgħallem Divin li seta’ jissogra daqshekk: ħobbu lill-għedewwa tagħkom... Hu biss l-Imgħallem Divin li seta’ jfassal ħajja umana b’togħma divina.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content