Is-7 Ħadd matul is-sena A - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Is-7 Ħadd matul is-sena - Sena A
NERSQU LEJN IL-ĠUSTIZZJA

Fid-diskors impenjattiv tal-muntanja Ġesù, b’kuraġġ u setgħa liema bħalhom, iqiegħed f’diskussjoni xi wħud mill-punti ewlenin tal-fidi. Tradizzjonijiet tal-bnedmin li kienu għaddew bħallikieku ta’ Alla, temi sensibbli għall-aħħar li jqanqlu s-sensibbiltà spiritwali, iżda wisq aktar il-ħajja konkreta.

Il-qawl “għajn għal għajn u sinna għal sinna”, li aħna nqisuh barbru u primittiv, fis-sewwa kien għamla ta’ trażżina, ta’ qjies: it-tpattija kellha tkun proporzjonata mal-ħsara, mal-offiża. Jekk inħarsu madwarna, dan il-prinċipju fiżiku jgħin mhux ftit lill-bnedmin jersqu lejn il-ġustizzja: kemm-il darba r-reazzjoni tkun sproporzjonata, barra min-normal. B’danakollu Ġesù jipproponi lid-dixxiplu jissogra aktar, imur lil hinn, ma jeħodhiex mal-ħażin. Ihfmuha: jekk miġnun ikun qed jinfed b’sikkina lil ibni, jien niddefendih jiġri x’jiġri u nagħmel sew. Iżda f’xi okkażjonijiet l-Ispirtu jista’ jkebbsilna qlubna u jagħtina l-ħila, bħal Kristu, li nagħtu ħajjitna. Hu veru li fil-ħajja ta’ kuljum ma jiġrix li jkollna nirriskjaw ħajjitna (u mnalla!), iżda li jkollna nagħżlu jekk nirreaġġixux jew le għal xi provokazzjoni, iva. U naħseb fil-ħafna drabi li fihom sibt ruħi fil-qagħda li nirreaġixxi ħażin, li nuri d-dwejjaq jew l-irritazzjoni tiegħi u neħodha ma’ xi ħadd u ħassejt il-kelma tal-Vanġelu ċċanfarni f’qalbi. L-istorja, minn San Stiefnu sa San Franġisk, minn Gandhi għall-ħafna xhieda tal-lum, tgħidilna li l-paċi megħjuxa fil-profond tista’ tiżloga r-raġunar vjolenti tad-dinja.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content