Go to content

Is-6 Ħadd matul is-sena - Jum il-Mulej

Skip menu
Title
Skip menu
IS-6 ĦADD TA’ MATUL IS-SENA - B

AQRA L-KELMA - Il-liturġija tal-Kelma
L-Ewwel Qari
Qari mill-Ktieb tal-Levitiku (13:1-2.45-46)

Il-Mulej kellem lil Mosè u lil Aron u qalilhom: «Meta xi ħadd ikollu fil-ġilda xi qxur jew xi bużżieqa, jew xi tebgħa bajda, qisha ġerħa tal-ġdiem, jeħduh għand Aron il-qassis, jew għand xi ħadd minn uliedu l-qassisin.
Il-marid bil-ġdiem għandu jilbes ħwejjeġ imqattgħa u jħalli rasu mikxufa, u jitgħatta sa geddumu, u jgħajjat: “Imniġġes! Imniġġes!”
Kemm idum marid ikun miżmum b’imniġġes li hu, u jgħix waħdu f’postu barra mill-kamp.»
Il-Kelma tal-Mulej.      Irroddu ħajr lil Alla.
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
- VIDEO -
Fr Elija Vella OFMConv.

- AUDIO -
GĦIX IL-KELMA - Il-Kalendarju Liturġiku tal-ġimgħa
It-tieni ġimgħa tas-Salterju

It-Tnejn 12 ta’ Frar: Ferja. Qari:  Ġakbu 1:1-11; Salm 118:67.68.71.72.75.76; Mark 8:11-13.
It-Tlieta 13 ta’ Frar: Ferja. Qari: Ġakbu 1:12-18; Salm 93:12-13a.14-15.18-19; Mark 8:14-21.

Ir-raba’ ġimgħa tas-Salterju

L-Erbgħa 14 ta’ Frar: L-Erbgħa tal-Irmied. Qari: Ġoel 2:12-18; Salm 50:3-6. 12-14.17; 2 Korintin 5:20–6:2; Mattew 6:1-6.16-18.
Il-Ħamis 15 ta’ Frar: Ferja tar-Randan. Qari: Dewteronomju 30:15-20; Salm 1:1-4.6; Luqa 9:22-25.
Il-Ġimgħa 16 ta’ Frar: Ferja tar-Randan. Qari: Isaija 58:1-9; Salm 50:3-6.18-19; Mark 9:14-15.
Is-Sibt 17 ta’ Frar: Ferja tar-Randan / Is-Seba’ Fundaturi tas-Serviti ta’ Marija (TL). Qari: Isaija 58:9-14; Salm 85:1-6; Luqa 5:27-32.

TL = Tifkira Limitata.
Il-kulur ħdejn id-data jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata.


ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content