Is-6 Ħadd matul is-sena B
L-IBEN TA' ALLA AKBAR MILL-FEJQAN
Dal-Vanġelu fakkarni fit-talba tal-kolletta taż-żmien matul is-sena: «Aħfer dak li l-kuxjenza tibża’ minnu u agħti dak li t-talb jazzarda jittama.» Dak il-marid bil-ġdiem ma azzardax jitlob lil Ġesù aktar mill-fejqan. Kien kontra kull raġuni umana u reliġjuża li wieħed jittama f’mess ta’ darba, jittama f’ġest ta’ umanità li l-liġi ma kinitx tippermettih, li kienet tgħid li ma kellux isir kuntatt fiżiku mal-imġiddem jew li wieħed jersaq lejh... B’danakollu l-Mulej, ma kkuntentax ruħu b’fejqan mill-bogħod, f’fejqan mingħajr sforz. Il-Mulej joqgħod għal-logħba, u jmiss. Issa l-karatteristika tal-mess hi li meta mmissu aħna wkoll inkunu mimsusa fl-istess ħin. Mela l-Mulej ħalla lilu nnifsu jintmess minn dik il-ġerħa, minn dik id-dgħufija, minn dik is-solitudni. Sewwasew kif għadu jiġri sal-lum, kif jiġri ma’ min iwaqqa’ l-ħitan quddiem Ġesù: il-Mulej jinsab fil-qrib lejn kull min isejjaħlu, aktar milli hi qrib tiegħu l-vina ġugilari. U llum jinqeda b’lingwaġġ jixbah lil dak taż-żwieġ «Irrid. Kun imfejjaq.»