Is-6 Ħadd matul is-sena B - Jum il-Mulej

Title
Go to content
Is-6 Ħadd matul is-sena B
IL-FIDI TFEJJAQ

Fi żmien Ġesù, il-ġdiem u l-mard l-ieħor kienu meqjusin bħala kastig minn Alla għal xi dnub li kien ikun sar mill-marid innifsu jew minn xi antenat tiegħu. Din kienet idea żbaljata għall-aħħar, għax aħna nafu li Alla, li hu mħabba, mhux imarrad imma jfejjaq, mhux jagħti l-mewt imma l-ħajja. F’din is-silta, Ġesù, li hu Alla-magħna, jidher bħala dak li jfejjaq lill-bniedem mid-dnub u l-ħażen. Hi tema li tissemma f’għadd ta’ Ħdud taż-żmien matul is-sena, l-aktar fis-sena B li fiha jixxandar il-Vanġelu ta’ San Mark. Bħalma Ġesù bagħat lil dak li fejqu mill-ġdiem għand il-qassisin kif kienet titlob il-liġi ta’ Mosè, hekk hu jibgħat lilna għand il-qassisin tiegħu biex f’ismu jaħfrulna dnubietna fis-Sagrament tal-Qrar. Dan ifisser li hemm rabta qawwija bejn il-fidi u l-fejqan.
ĊAK Ltd. Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611- MALTA
Tel: +00 356 21 498 343  | jim@cakmalta.org
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023 - All right reserved.
Back to content