Is-6 Ħadd matul is-sena B
IL-ĠDIEM U D-DNUB
Hemm ħaġa agħar milli wieħed jirċievi l-inġustizzji tal-ħajja: li wieħed jitqies responsabbli tal-qagħda li jsib ruħu fiha. Kiefra l-ħarsa li tara l-miżerja, u anki bla kliem, tgħid: «Ħaqqek.» Agħar minn hekk meta wieħed jemmen dawn l-akkużi u jħossu responsabbli u mgħattan bid-diżgrazzji li jiġu fuqu. Il-qagħda tal-imġiddem tal-Vanġelu tqegħdilna quddiemna kwadru ta’ bniedem li għadda minn dan. Dak ir-raġel, li ma għandu xejn aktar x’jitlef, jikser il-liġi u jintefa’ f’riġlejn dak li hu l-Għan ta’ kull liġi. Il-kumpassjoni ta’ Ġesù tagħmlu denn tat-tbatija tiegħu. Il-mess ħanin ta’ Ġesù terfgħu mill-ġdid lejn id-dinjità ta’ ħliqa li nħalqet fuq ix-xbieha u x-xebh ta’ Alla. U hawn iseħħ il-miraklu: dak li kellu jgħajjat “imniġġes, imniġġes”, issa jsir xandar tal-imħabba li saffietu. Il-verb użat «kerussein» hu sewwasew dak tax-xandir, tal-evanġelizzazzjoni. Ma setax jagħmel mod ieħor: min ifiq mill-ġdiem tal-firda tad-dnub, ma jistax ħlief ixandar, ma jistax ħlief isir hu nnifsu xandir.